IL-ĠURIJA
F’kull Stat Membru ta’ l-UE, ġurija indipendenti tagħmel evalwazzjoni tas-sottomissjonijiet tal-kompetizzjoni u tagħżel rebbieħ nazzjonali wieħed. F’kull pajjiż, il-ġurija nazzjonali tkun magħmula minn esperti fis-suġġetti tad-diskriminazzjoni u minn ġurnalisti magħrufa.
L-artikli tas-27 rebbieħ nazzjonali u tal-persuni nominati għall-premju speċjali għas-Sena Ewropea għal Opportunitajiet Indaqs għal Kulħadd se jkunu evalwati minn ġurija Ewropea indipendenti.
Ir-rebbieħ ġenerali Ewropew u ż-żewġ persuni li jiġu warajh, u r-rebbieħ tal-premju speċjali għas-Sena Ewropea għal Opportunitajiet Indaqs għal Kulħadd ikunu stabbiliti minn ġurija magħmula minn esperti fil-qasam ta’ kontra d-diskriminazzjoni Ewropew u minn ġurnalisti magħrufa.
