ENTRY FORM

Diversity


IL-PROĊEDURA TAL-PARTEĊIPAZZJONI

Il-Premju għall-Ġurnalist huwa miftuħ għal ġurnalisti ta’ l-istampa u online mill-Istati Membri kollha ta’ l-UE. Il-limitu taż-żmien għad-dħul huwa t-30 ta’ Settembru 2007. Ma hemmx ħlas għad-dħul. Il-ġurnalisti jistgħu jkunu nominati għall-premju minn oħrajn; madankollu, is-sottomissjoni tagħhom tkun aċċettata biss jekk il-ġurnalist jaqbel man-nomina billi jiffirma l-formola tad-dħul.

Jekk jogħġbok aqra r-regoli tal-kompetizzjoni qabel ma tibgħat is-sottomissjoni tiegħek. Ma hemmx ħlas għad-dħul.

Hemm żewġ metodi alternattivi kif tibgħat is-sottomissjoni tiegħek:



Reġistrazzjoni Online

  1. Imla l-formola ta’ applikazzjoni online. 
  2. Ikkopja t-test oriġinali ta’ l-artiklu fil-qasam rispettiv jew tella’ l-artiklu f’wieħed mill-forom diġitali li ġejjin: TXT, RTF, DOC, PDF. Jekk jogħġbok tinkludix kwalunkwe test skannjat f’fajls DOC jew PDF. Jekk jogħġbok innota illi ismek ma jistax jidher fuq it-test li daħħalt.
  3. Ibgħat kopja oriġinali jew fotokopja ta’ kwalità tajba ta’ l-artiklu ppubblikat oriġinarjament permezz tal-posta lil MEDIA CONSULTA jew lil wieħed mill-korrispondenti nazzjonali tagħna.



Ibgħat bil-posta

Sempliċement imla l-formola ta’ applikazzjoni ta’ hawn taħt u ibgħatha flimkien ma’:

  • verżjoni diġitali ta’ l-artiklu tiegħek
  • kopja tal-pubblikazzjoni fejn l-artiklu tiegħek kien ippubblikat.

L-invilopsijiet kollha għandhom ikunu mmarkati b’mod ċar “Ngħożżu d-diversità. Diskriminazzjoni Qatt.” Premju ta’ l-2007 għall-Ġurnalisti

Fejn tintbagħat l-applikazzjoni

Jekk jogħġbok ibgħat il-materjal imsemmi hawn fuq jew bl-internet (fejn ikun applikabbli) jew bil-posta lil Media Consulta jew lil wieħed mill-korrispondenti nazzjonali tagħna.

MEDIA CONSULTA International Holding AG
Premju għall-Ġurnalisti 2007 “Ngħożżu d-Diversità. Diskriminazzjoni Qatt.”
Wassergasse 3
10179 Berlin
Il-Ġermanja
 
Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar il-proċedura ta’ l-applikazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq

journalist-award@stop-discrimination.info