ENTRY FORM

Diversity


Il-ġurija tqis is-sottomissjonijiet fir-rigward ta’ l-objettivi li tkun tingħata promozzjoni lid-diversità u lill-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni. Minbarra dan, tingħata preferenza lil dawk l-artikli illi jqajmu b’mod partikolari l-għarfien fuq id-diversità fix-xogħol u d-diskriminazzjoni għal raġunijiet varji.

Flimkien ma’ dan kollu, il-membri tal-ġurija se jikkunsidraw kriterji ta’ valutazzjoni aktar ġenerali li jinkludu:

  • Il-valur ta’ l-aħbar u r-rilevanza ta’ l-informazzjoni
  • Il-kapaċità li tattira l-interess tal-qarrej
  • Oġġettività, indipendenza, rispett għall-prinċipji ta’ l-etika ġurnalistika
  • Oriġinalità tas-suġġett
  • Impatt tax-xogħol u l-benefiċċju pubbliku tiegħu
  • Ir-riċerka li kienet meħtieġa biex tinġabar l-informazzjoni, riżorsi u sforzi użati  fil-preparazzjoni tax-xogħol  
  • Il-kwalità tal-kitba u ta’ l-użu tal-lingwa